Mużew Vasa

Il-Vasa inqaleb u għereq waqt l-ewwel vjaġġ tiegħu fi Stokkolma fl-1628. Wara 333 sena f’qiegħ il-baħar, dan il-bastiment tal-gwerra tant b’saħħtu ġie salvat u l-vjaġġ tiegħu seta’ jitkompla. Illum, il-Vasa, dan il-vapur tas-seklu 17 hu l-iktar vapur miżmum tajjeb fid-dinja u wieħed jista’ jarah f’mużew li kien mibni apposta għalih ġo Stokkolma. Vasa hu teżor tal-arti uniku. 98 fil-mija tal-vapur hu magħmul minn partijiet oriġinali u mijiet ta’ skulturi mnaqqxin.

Barra mill-vapur inniffsu, Il-Mużew Vasa għandu bosta wirjiet li jiddeskrivu l-istorja tant qasira imma tant twila tal-Vasa. Hemm ukoll ħanut b’għażla kbira ta’ affarijiet u ristorant popolari li jservi kemm ikliet sħaħ kif ukoll ikel ħafif u kejkijiet u pasti. Ikun hemm żjajjat iggwidati bl-Ingliż bosta drabi matul il-jum. Gwidi bl-audio f’lingwi differenti huma wkoll disponibbli. Il-film dwar il-Vasa u l-film tat-tfal “The Vasa Piglet” jintwerew ukoll kuljum f’diversi lingwi. Kollox huwa inkuż fil-prezz tad-dħul.

Ingħaqad magħna fil-vjaġġ ta’ skoperta tad-dinja tal-Vasa!

Żur il-Mużew tal-Vasa

Ħinijiet tal-ftuħ: Mużew Vasa

Il-Mużew tal-Vasa jkun miftuħ kuljum is-sena kollha.

Jannar - Mejju u Settembru – Diċembru
10:00-17:00, Nhar t’Erbgħa 10:00-20:00

Ġunju – Awwissu
8:30-18:00

24 u 31 ta’ Diċembru
10:00-15:00

25-26 Diċembru u 1 ta’ Jannar
10:00-17:00

Ħinijiet tal-ftuħ: Ir-ristorant tal-Mużew tal-Vasa

Għall-ħinijiet tal-ftuħ tar-ristorant, jekk jogħġbok, ara l-websajt

Prezzijiet tad-dħul

Kbar, SEK 150
Tfal, 0-18, SEK 0

Il-prezz tad-dħul jinkludi żjara ggwidata, vidjows, żjara bl-audio u mixja f’sekwenza għall-familja li tista’ tagħmel waħdek.
Żjarat bil-gwida għal gruppi ta’ iktar minn disa’ persuni għandhom jiġu riżervati minn qabel. Ikkuntattja lir-riżervazzjonijiet għal iktar informazzjoni: bokningen.vasa@smtm.se

Qabel iż-żjara tiegħek

Jekk jogħġbok, nitolbuk li ma ġġibx basktijiet kbar fil-mużew għax m’għandniex fejn inżommuhom.

Nissuġġerixxu li ġġib xi flokk/sweater żejjed miegħek. Il-Vasa jrid jinżamm f’temperatura ta’ 18-20°Ċ biex nippreservawh u allura l-mużew jista’ jinħass xi ftit kiesaħ anki jekk ikun hemm sħana barra.

Tista’ tieħu ritratti u vidjows ġewwa l-mużew, imma għal użu privat biss.

Kif issib il-Mużew Vasa

L-indirizz tal-mużew hu Galärvarvsvägen 14, Stokkolma.

Bir-rota jew bil-mixi

Tieħu madwar 10 minuti bir-rota jew madwar 20 minuta biex timxi sal-mużew Vasa mill-Belt ta’ Stokkolma.

Trasport pubbliku

Tista’ tieħu tramm, karozza tal-linja jew lanċa għall-Mużew Vasa. Ara Stockholms Lokaltrafik għal skedi tat-tluq:

Bil-karozza

M’hemmx ħafna postijiet fejn tipparkja fuq il-gżira ta’ Djurgården. Hemm iktar postijiet għal parking qabel ma taqbad il-Pont ta’ Djurgårdsbron, tul Strandvägen u Narvavägen. Hemm parking għal persuni b’diżabbiltà barra l-entratura prinċipali tal-mużew.

Dwar il-Vasa

GĦALIEX INBENA IL-VASA?

Vasa kien ordnat mir-Re Gustav II Adolf tal-Iżvezja u beda jinbena fl-1626 minn madwar 400 raġel u mara ġo Stokkolma. Kien vapur b’saħħtu bi tliet arbli li kellhom għaxart iqlugħ, u kien 52 metru għoli u 69 metru twil u jiżen 1200 tunnellata. Bl-64 kanun tiegħu, il-Vasa suppost kellu jkun vapur importanti fil-flotta navali Żvediża.

L-GĦARQA

Fl-10 t’Awwissu 1628, Vasa inħall mill-post tal-irmiġġ tiegħu taħt il-kastell Tre Kronor. Il-portijiet tal-kanuni kienu miftuħa, il-kanuni kollha kienu jħarsu ‘l barra u sparaw salut. Bil-mod il-mod, il-vapur telaq mill-port. Imma wara ftit buffuri ta’ riħ, il-vapur inqaleb fuq ġembu. l-ilma beda’ dieħel mill-portijiet tal-kanuni u l-Vasa għereq. Mill-150 persuna li kien hemm abbord, tal-inqas 30 mietu. Għaddew 333 sena qabel ma l-Vasa reġa’ ra d-dawl tax-xemx.

GĦALIEX GĦEREQ IL-VASA?

Fis-seklu 17, in-nies ma kinux jafu bil-kalkoli tekniċi li kieku kienu jgħinu jżommu vapur stabbli - kienu sempliċiment jibnu vapuri skont l-esperjenzji ta’ qabel. Biex tintroduċi innovazzjonijiet tekniċi - fil-każ ta’ Vasa, artillerija tqila fuq żewġ gvieret tal-kanuni - kien jeħtieġ proċess ta’ provi u żbalji. Il-Vasa kien tqil wisq fuq il-linja tal-ilma u ma setax jidritta biex jerġa’ jsib il-bilanċ hekk kif inqaleb fir-riħ.

IL-BNIEDEM LI SABU

Anki bħala tifel, Anders Franzén kien affaxxinat mill-vapuri li għerqu fl-arċipelagu ta’ Stokkolma. Iggwidat minn informazzjoni fid-dokumenti tas-seklu 17, Franzén qatta’ s-sjuf tal-1954-1956 ifittex lill-Vasa b’ankrotti, imkaxkrin tul qiegħ il-baħar minn lanċa. Fil-25 t’Awwissu, waqt li hu u l-għaddas Per Edvin Fälting kienu qed ifittxu l-vapur barra minn Beckholmen, l-ankrott inqabad f’oġġett kbir magħmul minn ballut. Il-Vasa kien instab!

“IT-TAĦBILA TAL-GĦERF L-IKTAR KBIRA TAD-DINJA”

Ix-xogħol ta’ salvataġġ inbeda’ fil-ħarifa tal-1957 meta għaddasa ħaffru mini taħt il-vapur ħalli jkunu jistgħu jgħaddu kejbils minnhom. Fl-24 t’April 1961, il-vapur tela’ f’wiċċ l-ilma u kien salvat flimkien ma’ aktar minn 14,000 parti tal-injam li kienu nħallu. Il-vapur u l-partijiet tiegħu kienu kollha ppreservati individwalment u wara, l-partijiet tpoġġew lura fuq il-vapur bħal jigsaw puzzle enormi.
Il-Vasa qed jagħti informazzjoni dwar l-età tiegħu anki issa u għadha qed issir riċerka dwar kif l-aħjar jista’ jiġi ppreservat l-vapur, ibda mill-injam u l-firrolli tiegħu u spiċċa bl-iskeletri u drappijiet. L-iskop: biex il-Vasa jibqa’ ħaj għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Kun af iktar dwar l-istorja tal-Vasa u x-xogħol ta’ riċerka u preservazzjoni tal-Mużew Vasa bl-Ingliż: